Vann tat-tip Citroen baqa’ dieħel f’mutur meta kien ħiereġ minn triq sekondarja fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa stess. Kollox jindika li l-mutur kien sejjer fid-direzzjni lejn Ħal Qormi fil-ħin tal-inċident.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed mill-ewwel l-isptar Mater Dei iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.