Żabbari ta’ tlieta u tletin sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bejn track u karozza fil-kumpless tal-Wasteservi, fil-Magħtab.
Il-każ seħħ fid-disgħa ta’ dalgħodu.
Waqt li l-karozza spiċċat madwar sular taħt il-livell tat-triq, it-trakk ġarrab ħsarat estensivi u x-xufier inqabad fit-trakk.
Ix-xufier tal-karozza wkoll inqabad fil-kabina.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew l-operazzjoni ta’ salvataġġ sabiex ix-xufiera jinħarġu mill-vetturi rispettivi.
Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u żewġ ambulanzi ħadu liż-żewġ xufiera l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard ix-xufier tat-trakk ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt r-raġel ta’ tlieta u ħamsin sena minn Naxxar, li kien qed isuq il-karozza, ġarrab ġrieħi ħfief.
Bil-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti biex jassistuha.
Ritratti : Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa, Korp tal-Pulizija (CMRU)