Mara ta’ 21 sena mill-Mellieħa ittieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi fi Triq Mikiel Anton Vassalli viċin il-mini ta’ San Ġiljan.
L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u għoxrin meta għal xi raġuni l-karozza Daihastu Sirion tal-mara kienet involuta f’inċident ma’ Mini Cooper misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena minn Pembroke u Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 34 sena mill-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lil mara l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.