Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-ħabta seħħet bejn mutur Motorhispania Duna misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti Marsaskala u Fiat Fiorino misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħ’Attard.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

