Sewwieq ta’ mutur ta’ 58 residenti Għajnsielem qed isofri minn xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni dalgħodu fil-bypass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ kawża t’impatt bejn karozza u mutur għall-ħabta tas-07:30.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħa ta’ 19 minn Ħal Qormi, li ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba x-xokk li ħadet, iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.