Is-Segretarja tal-Istat Ingliż Liz Truss qalet mal-istazzjon BBC li l-Finali tac-Champions League f’Mejju li ġej ma għandhiex issir f’St Petersburg fir-Russja, dan minħabba t-tensjoni li dejjem qed tiskala bejn ir-Russja u l-Ukraina.
Din il-finali tal-akbar kampjonat Ewropew għandha ssir nhar it-28 ta’ Mejju f’Gazprom Arena. Madankollu l-UEFA qed tikkunsidra li tmexxi din il-partitissima x’imkien ieħor.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Truss iddikjarat li kieku kienet plejer tal-futbol li se jilgħab f’din il-finali, kienet tibojkotja l-istess logħba u ma tiparteċipax.