Is-sena d-dieħla se jkun qed jiddaħħal qafas regolatorju li se jkun qed jipprovdi inċentivi għal tkabbir tas-settur tal-gaming. Dan b’mod li se jżir il-valur miżjud filwaqt li jkun hemm tisħiħ ta’ salvagwardji għal logħob b’responsabbilà.
Dan jinvolvi liġi ġdida li se tintroduċi VAT Grouping għas-setturi tas-servizzi finanzjarji u tal-gaming. Permezz ta’ dan il-kunċett entitajiet li huma legalment indipendenti, li għandhom stabbiliment fiss f’Malta u li għandhom rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi bejniethom, jistgħu jirreġistraw bħala persuna taxxabbli waħda.
Riżultat ta’ dan, il-provvisti u akkwisti bejn il-membri tal- grupp se jiġu kkunsidrati barra mill-ambitu tal-VAT.