Il-Gvern se jkun qed jagħti aktar inċentivi biex b’hekk jinħolqu aktar impjiegi ġodda mas-settur privat f’Għawdex. Dan billi għal kull impjegat li jiġi offrut kuntratt ta’ tliet snin jew iktar, se tkun qed tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga medja ta’ impjegat sa massimu ta’ €6,000.
Sabiex jiġi attirat aktar investiment u xogħol lejn Għawdex, se jkun qed jinbeda l-proġett tal-hub għar-riċerka tal-ICT fil-binjiet eżistenti tal-eks MDP u proġetti li jwasslu biex ikun hemm aktar spażji ta’ uffiċini fiż-żona industrijali tax-Xewkija.
Apparti minn hekk il-Gvern se jkun qed ikompli jinvesti f’Għawdex billi jalloka fondi biex tinħoloq skema speċifika biex imprendituri Għawdxin li joperaw fis-settur tat-turiżmu, itejbu l-livell tal-istabbilimenti turistiċi.