B’reazzjoni għall-Baġit tas-sena d-dieħla , il-Presiden tal-MUT Marco Bonnici tkellem b’mod pożittiv lejn il-viżjoni li għandu dan il-Gvern rigward dan is-settur tal-edukazzjoni.
L-MUT qalet li f’dan il-Baġit semma b’mod ċar il-ftehim settorjali li dan il-Gvern mal-edukaturi.
Marco Bonnici tenna li l-MUT ilha ssostni ħafna li l-gvern irid ikompli jinċentiva fiż-żgħażagħ tal-Maltin u Għawdxin u dan il-Baġit għas-sena d-dieħla għamel proprju dan hekk kif fost iktar miżuri, se jkun qed iżid l-istipendji għal darba oħra, bir-rata tal-għoli tal-ħajja pro-rata, li se tkun qed tfisser żieda ta’ €64 f’sena.
L-MUT temmet tgħid li investiment fiż-żgħażagħ huwa investiment fil-preżent u fil-futur u kull inċentiva li tgħin studenti u persuni oħra jersqu lejn dan is-settur huwa importanti.