Ġew imnedija għadd ta’ inċentivi fiskali maħsubin biex jinċentivaw lil min iħaddem biex joħolqu pensjonijiet privati lill-impjegati tagħhom imsejħa Skema ta’ Pensjoni Okkupazzjonali Volontarja fejn ta’ kull sena minn iħaddem ikun jista’ jiddeposità ammont ta flus f’ fond apposta biex imbagħad l-impjegat jibbenefika minn dawn il-flus mal-età tal-irtirar.
Apparti li minn iħaddem ser ikollu tnaqqis fit-taxxa hemm benefiċċji oħra diversi, fosthom li jgħinu lil minn iħaddem jattira u jżomm miegħu l-aħjar talent.
Min iħaddem, u jkollu skema ta’ pensjoni privata jkun ukoll f’ pożizzjoni li joffri kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar lill-ħaddiema tiegħu filwaqt li jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala ‘employer’ ideali. Se jkunu qegħdin jingħataw ukoll inċentivi fiskali ohra lill-impjegati biex anke huma jinvestu fl-iskema u b’ hekk jissaħħaħ id-dħul tagħhom mill-pensjoni sal-eta’ tal-irtirar.
Din l-iskema ta’ inċentivi kienet waħda mill-miżuri mħabbra fil-Baġit għal din is-sena.