Fl-isfond ta’ pataflun ta’ riformi li diġà daħlu fis-seħħ fil-qasam agrikolu, se jingħata, fost l-oħrajn, inċentiv lill-bdiewa mhux kummerċjali li għandhom raba’ agrikola mikrija lilhom mingħand il-Gvern biex jidħlu f’arranġament ma’ bdiewa kummerċjali li jkunu lesti li jaħdmu dik l-art.
Dan se jiġi kkumplimentati minn proġett-pilota fejn art agrikola tkun offruta għall-kiri lill-bdiewa ġodda jew dawk li jridu jkabbru l-operat tagħhom, fuq il-kunċett ta’ prezz ġust u l-kategorizzazzjoni tal-bdiewa.
Se jitħejja wkoll pjan nazzjonali għal ġestjoni tal-ilma tat-tisqija u se jiġu esplorati mekkaniżmi li jindirizzaw ir-riskji klimatiċi li jiffaċċjaw il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda.
Se titwaqqaf ukoll Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel u awtorità li tiżgura provvista tal-ikel f’każ ta’ kriżi.