Id-Dipartiment tad-Dwana ħabbar li se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi lottijiet ta’ nbejjed tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom.
B’kollox hemm 99 lott ta’ nbejjed.
L-offerti se jibdew jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali fl-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn, 18 ta’ April u l-Ħamis 21 ta’ April, 2022, bejn it-8:00am u 12:00pm u bejn is-1:00pm u l-4:00pm u l-Ġimgħa, 22 ta’ April, 2022 mit-8:00am sa 12:00pm.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ mmur l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, il-Marsa jew inċempel fuq in-numru 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet indikati.