Il-Ministru Joe Mizzi inawgura żewġ proġetti oħra għall-konservazzjoni tal-ilma. L-ewwel proġett se jkun immanigjat mill-Aġenzija tal-Energija u l-Ilma. Għalih se jiġu allokati erba mitt elf dollaru. Dan se jkun qed jiffinanzja aktar proġetti għall-konservazzjoni tal-Ilma hekk kif il-kampanja Catch the Drop tal-HSBC waslet fi tmiemha. Dan il-proġett se jkun qed iħallas għat-trasport tat-tfal tal-iskejjel għaċ-ċentru għall-konservazzjoni tal-ilma fir-Rabat.
It-tieni proġett se jkun iffinanzjat mill-HSBC permezz tal-HSBC Water Program. Għal dan il-proġett se jigu allokati ftit anqas minn nofs miljun ewro fejn se jigi varat proġett pilota fejn se jiġu nstallati 12-il smart water dispenser ġdid fl-iskejjel.
Dan il-proġett se jkun qed jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis ta’ skart permezz ta fliexken tal-plastik disposable kif ukoll tnaqqis tal-piż tal-basktijiet tal-iskola.
Dawn iż-żewġ proġetti tħabbru waqt li l-Ministru Mizzi inawgura gibjun tal-ilma fl-iskola primarja tal-Kalkara. Dan il-ġibjun sa jkun qed jikkontribwixxi għat-tisqija tal-green areas tal-iskola permezz tal-ilma miġbur mix-xita.