Ġew inawgurati numru ta’ uffiċini f’The Hedge, li hi estensjoni tal-lukanda Le Meridien, f’San Ġiljan.
Bħalissa l-uffiċini kollha jinsabu mimlija bil-maġġoranza tagħhom użati minn kumpaniji tas-settur finanzjarju u oħrajn tal-Gaming.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura dawn l-uffiċini dalgħodu fejn qal li din hi t-tip ta’ infrastruttura li għandna naraw f’Malta biex issir il-qabża meħtieġa.