B’investiment ta’ €30,000, Yachting Malta xtrat tliet dgħajjes Hansa 303 bl-iskop li tispira ġenerazzjoni ġdida ta’ nies li japprezzaw il-parasailing.
Dawn id-dgħajjes ġew inawgurati mill-Ministru għall-Infrastruttura, Aaron Farrugia, u mart il-Prim Ministru, Lydia Abela.
Dan il-mudell ta’ dgħajjes huwa ddisinjat biex jakkomoda baħħara b’diżabilità.
Minbarra li ġew varati dawn id-dgħajjes, ġew inawgurati wkoll uffiċini ġodda f’Sa Maison.
One News ħa l-kummenti tal-Kap Eżekuttiv tal-Yachting Malta, John Huber.
“Hekk qed inwasslu l-ibburdjar, li huwa sailing is for everyone. Aħna d-diżabiltà mhux se tħallina lura milli nwasslu dan l-isport għal kulħadd.”
Tkellimna wkoll ma’ mart il-Prim Ministru, Lydia Abela.
“Ħa jservu bħala trasport u sport inklussiv ġewwa pajjiżna. Inħarsu ’l quddiem biex in-niċċa ekonomika tal-yachting tkompli tikber u ħa nimirħu fiha fiż-żmien illi ġej.”
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Aaron Farrugia qal li dan l-investiment se jkabbar dan is-settur.
“Mhux biss qed intejbu l-aċċessibilità, iżda qegħdin naħdmu wkoll favur l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità fix-xena sportiva. Jiena nawgura illi l-investiment ta’ dawn it-tliet dgħajjes jixprunaw aktar persuni b’diżabilità biex jipprattikaw l-isport u eventwalment ikunu jistgħu jipparteċipaw f’pajjiżi barra minn Malta.”