Waqt konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru tal-Kultura Josè Herrera ġew inawgurati s-swar tal-Kontragwardja ta’ San Ġwann, fiż-żona ta’ Salinos il-Belt, wara li sar xogħol ta’ restawr fuqhom b’investiment ta’ €200,000.
Il-Perit Mark Azzopardi mid-Direttorat tar-Restawr elenka ftit mix-xogħol li sar.
“Interventi normali tar-restawr; bdil ta’ ġebel, tindif, pointing etċ. Kien proġett li maqsum fit-tnejn għax barra minn dan ir-restawr kien hemm ir-rilokazzjoni ta’ toilets li kien hawn hawn barra, vera prominenti u għamilnihom f’post li jidher inqas.”
Is-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit sostna l-importanza ta’ proġetti ta’ dawn it-tip hekk kif ikomplu jsaħħu l-unur tal-Belt Kapitali Maltija.
Qal ukoll li dan il-proġett jikkumpliment it-tisbieħ li sar fi Ġnien Lapparelli filwaqt li jipprovdi ambjent isbaħ għat-tfal li jattendu għal taħriġ tal-futbol fi ħdan in-nursery tal-Belt Valletta.