Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli inawgurat l-uffiċini l-ġodda tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma f’Ħal Qormi. Preżenti kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Manuel Sapiano.
Il-Ministru Dalli rringrazzjat lill-ħaddiema kollha ta’ din l-aġenzija filwaqt li spjegat kif l-aġenzija qed taqdi rwol importanti f’pajjiżna sabiex ikollna politika b’saħħitha fl-oqsma tal-enerġija u tal-ilma.