Id-Dipartimen tal-Protezzjoni Ċivili inawgura 6 vetturi ġodda tat-tifi tan-nar. Fost dawn hemm 2 high volume water carriers li huma kapaċi jippumpjaw 10,000 litru t’ilma fil-minuta. Dan sar waqt ċerimonja fid-daħla tal-Belt Valletta mill-Ministru ghall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia.
Dawn ikunu jistgħu jintużaw għal nirien ta’ kalibru ikbar u jkunu jistgħu jassistu vetturi iżgħar waqt l-inċident. Ġie inawgurat ukoll incident support unit. Dan ser ikun qed jibdel trakk li kien inġieb second-hand mill-Ingilterra. Din il-vettura tintuża’ bħala sapport għal inċidenti kbar. Din hija mgħammra b’generators, kompressuri li jimlew tankijiet tal-arja, kif ukoll 3 kilometri ta’ pajpijiet.
Matul il-ġurnata tal-lum, is-Civil Protection Union ser tkun qed torganizza diversi simulazzjonijiet bil-għan li jkattru aktar għarfien fost il-poplu Malti filwaqt li jinġabru fondi għall-Istrina.