Matul din il-ġimgħa tnediet il-wirja bl-isem ta’ AFTERmath mill-artisti Maltin Mark Mallia u Etienne Farrell. Dan sar b’kolloaborazzjoni mal-Ewro-Parlamentari Alex Agius Saliba fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Il-wirja tittratta l-gwerra l-Ukrajna.
L-Ewro-Parlamentari u Viċi-President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba qal li kien ta’ unur kbir li artisti Maltin urew il-kapaċitajiet tagħhom. Hu qal li l-għan ta’ din l-esebizzjoni huwa li joħorġu l-valuri tal-paċi u l-umanita’.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Ugwaljanza Helena Dalli u l-President tas-Soċjalisti Ewropej fil-Parlament Ewropew Iraxte Garcia Perez.
Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici sostna li dan huwa fih innifsu pass ieħor importanti għall-artisti Maltin.
L-esebizzjoni AFTERmath matul ix-xahar ta’ Novembru se tkun qed tittela wkoll fil-Parlament ta’ Malta.