L-Università ta’ Malta permezz tal-Grupp tar-Riċerka tal-Oċejanografija Fiżika nieda sistemi ta’ radar ta’ frekwenza għolja li bihom se jkunu qed juru s-sitwazzjoni kurrenti tal-kurrenti fl-ibħra Maltin.
Qal, “Għenihom biex nibnu stazzjonijiet fil-portijiet biex nagħtu informazjzoni diretta u dan huwa l-qofol tal-proġett u d-data qed inwassluha l-ħin ħalli il-kaptan tal-port jaraha dak il-ħin. Ħdimna fuq affarijiet oħra bħal tixrid ta’ żejt.”
F’konferenza stampa biswit wieħed mir-radars li ġew impoġġija f’Għar Lapsi, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta spjega li dan it-tagħmir se jgħin mhux ftit lill-Kaptan tal-Port fil-ħidma tiegħu biex jinnavigaw il-vapuri kbar fil-portijiet.
Is-Sur Peter Paul Coleiro, id-Direttur tal-Operat tal-Protezzjoni Ċivili spjega wkoll li dan it-tagħmir se jkun qed jagħti informazzjoni siewja lid-dipartiment f’ħidma bħal dik ta’ tfittix u salvataġġ u kif ukoll f’inċidenti ta’ tixrid taż-żejt.
Il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia faħħar dan il-proġett importanti u l-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru, l-ERA u l-Università ta’ Malta, u spjega li tali data xjentifika hija meħtieġa biex jiġu ffurmati deċiżjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet ambjentali. Huwa qal li l-ambjent tal-baħar huwa partikolarment sinifikanti għall-gżejjer tagħna, hekk kif is-settur tal-ekonomija l-blu jammonta għal 15% tal-ekonomija Maltija u jiġġenera madwar 27,000 impjieg.
Spjega, “Apparti minn hekk tgħinha fejn tiħol tibdil fil-klima għaliex diġa’ qed jesploraw riċerki dwar eżempju enerġija ġġenerata mill-mewġ, solar wind farms li jikkumplimentaw il-pjan tagħna sal-2030 u ż-żewo karbonju sal-2050.”
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li dan il-proġett sar permezz ta’ investiment ta’ żewġ miljun u nofs ewro ta’ Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali.
Qal, “Dan huwa investiment importanti li permezz tiegħu se tkompli tissaħħaħ ir-riċerka li minnha qed toħroġ data importanti ferm li minnha nistgħu nieħdu d-deċiżjonijiet”
Preżenti wkoll għal din it-tnedija kien hemm ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, li rringrazzja lill-professjonisti kollha li jaħdmu fi ħdan l-Universita li permezz ta’ diversi studji li jagħmlu qed jagħtu assistenza u jkunu strumentali fl-iżvilupp ta’ servizzi essenzjali ġodda.