Ġiet inawgurata sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. ‘Sala Dun Karm’ hija frott ta’ ħidma li saret matul is-Sajf dan hekk kif inħasset il-ħtieġa li din l-iskola, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju, jkollha sala ġdida. Bl-istudenti apprezzaw ferm il-ħidma li saret biex issa se jkollhom sala ġdida fl-iskola, u fl-okkażjoni ta’ din l-inawgurazzjoni qraw poeżiji tal-poeta nazzjonali.
Fl-inawgurazzjoni tas-sala, l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li din l-iskola se tkun tagħmel triq għal skejjel oħra biex anke huma jagħmlu proġetti ta’ dan it-tip. Dan hekk kif f’pajjiżna għandna aktar minn sbatax-il skola primarja li għandhom aktar minn mitt sena.
Il-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ setgħet ukoll tara u tapprezza x-xogħlijiet ta’ tisbiħ li saru fl-iskola f’open day li saret it-Tlieta. .