Kien inawgurat proġett ta’ tisbiħ tal-Pjazza tad-Dehra f’Għajnsielem. Il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem kien ilu jħoss il-bżonn li jagħti dehra isbaħ billi jirestawra il-Pjazza Tad-Dehra u l-fondi mgħoddija lill-Kunsill għenu biex dan it-tisbiħ isir. Dan kien proġett li kkwalifika wara sejħa li saret mill-Fondazzjoni Grupp Azzjoni Lokali t’Ghawdex.
Il- proġett ġie jiswa’ madwar €160,776 u li kważi €70,000 ġejjin minn Fondi Ewropej, xi ħaġa li tkellem dwarha s-Segretarju Parlamentari, Ian Borg.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo tenna li dan it-titjib u tisbiħ tal-ispazji pubbliċi jgħolli l-livell tal-attrazzjoni kemm għal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi oħrajn.
Preżenti wkoll għal din l-attività kien hemm il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici fejn stqarr li żdiedet l-għajnuna finanzjarja diretta għall-għaqdiet kulturali Għawdxin. Iż-żieda kienet waħda li tlaħħaq il-35 fil-mija għat-tliet snin li ġejjin.