Fl-aħħar jiem, ġiet inawgurata l-missjoni permanenti l-ġdida ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York.
L-ambaxxata permanenti li se tkun qed isservi lil pajjiżna bħala pont mal-membri kollha tan-Nazzjonijiet Magħquda, tinsab f’post prominenti qrib il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Din kienet inawgurata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, flimkien mar-Rappreżentanta Permanenti għan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, Vanessa Frazier.
Ir-Rappreżentanta Permanenti Vanessa Frazier tenniet li Malta issa għandha missjoni tal-ogħla livell u moderna filwaqt li sostniet li dan huwa xhieda tal-ħidma importanti li qed tkompli tagħmel Malta fin-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-Ministru Ian Borg, irrigrazzja lill-ħaddiema kollha li jmexxu l-messaġġ ta’ pajjiżna f’dan il-forum tant importanti.
Huwa stqarr kif ix-xogħol ilu għaddej għal numru ta’ snin iżda hekk kif pajjiżna jinsab fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda kien biss opportun li tiġi inawgurata issa.
Qal, “U dak li wasalna għalih illum jiġifieri li niftħu din l-ambaxxata f’post mill-iktar prominenti u bi spazju tajjeb għal ħaddiema għall-uffiċjali, għad-diplomatiċi kollha imma wkoll naraw li nużaw dan l-ispazju biex inservu l-komunità Maltijakif ukoll nattiraw investiment u turiżmu lejn pajjiżna.”
Id-delegazzjonijiet Maltija għal din l-inawgurazzjoni kienet tinkludi fost l-oħrajn liċ-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Glenn Bedingfield