Ġiet inawgurata l-istatwa restawrata ta’ Sant Andrija ġewwa Ħal Luqa.
Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo u d-Deputat Parlamentari Silvio Schembri. Is-Sindku ta’ Ħal Luqa rringrazzja lill-Gvern tal-għajnuna li qed jgħati lil-lokalitajiet anke permezz tal-iskema ta’ restawr li minn 35 applikant intgħażlu ħamsa.
Buontempo tenna li huwa dover li nipproteġu il-wirt storiku fil-lokalitajiet tagħna dan għaliex mhux biss huma parti mill-istorja ta’ pajjiżna iżda rappreżentanza ta’ dak li nemmnu fih.