F’Binja Silvio Parnis fis-Siġġiewi ġiet inawgurata l-ewwel Klinika tat-Telemediċina f’pajjiżna, b’investiment ta’ miljun ewro.
Minn hawn beda jopera servizz ta’ konsulti virtwali ma’ tobba speċjalisti fil-qasam tal-mediċina tal-familja, jew minn tobba ggradwati li qed jispeċjaliżżaw f’dan il-qasam, u mogħti erbgħa u għoxrin siegħa, sebat’ijiem fil-ġimgħa.
Is-servizz tat-Telemediċina, ilu li twaqqaf sa minn Marzu tal-2020 minn meta u llum isiru mal-250 u 350 konsulti virtwali kuljum mat-tobba fil-qasam tal-kura primarja.
Aktar dwar is-servizz spjega Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.
“Dan huwa servizz fejn pariri mediċi jistgħu jiġu mogħtija bil-persuna tibqa’ fid-dar tagħha stess, huwa servizz li aħna beħsiebna li nkomplu nisftruttaw u nirrepplikaw.
Il-Ministru Jo Etienne Abela
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, innota l-ħsieb wara li dan is-servizz jingħata minn binijiet tal-akkomodazzjoni soċjali, hekk kif din hija t-tieni klinika fl-istess binja.
“Binijiet soċjali bħal dawn qegħdin servu biex inkomplu nagħmlu aktar ġid lill-poplu, nagħtu aktar għajuna u sodisfazzjon għal min għandu bżonn dik l-għajnuna medika u soċjali fl-istess ħin. B’hekk dawn il-proġetti li huma monumenti soċjalisti ta’ dan il-Gvern qed jgħinu biex aħna flimkien ikollna servizz adegwat mhux biss tas-saħħa wkoll imma anke flimkien ma’ housing affordabbli li għandu bżonn pajjiżna.”
Il-Ministru Roderick Galdes