Hekk kif il-ġranet sħan tas-sajf daħlu ġmielhom kif ukoll ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-btajjel tas-sajf għal eluf ta’ studenti, ġiet inawgurata l-bajja ramlija tal-Balluta.
Din il-bajja tikkumplimenta tliet bajjiet oħra li ġew irriġenerati propju għal dan is-sajf sabiex jitgawdew mit-turisti u l-poplu Malti, fosthom il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa, dik tal-Għar l-Aħmar f’Marsaxlokk u tal-Fajtata, f’Wied il-Għajn.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi faħħar il-fatt li intuża metodu li jirispetta l-ambjent, b’mod partikolari l-makkinarji u r-ramel.
“Użajna r-ramel mil-bajja u użajna apparat apposta li ġbidna r-ramel minn qiegħ il-baħar u kif qed tara madwari hawnekk il-bajja diġa mimlija nies għandna x-shower facalities u anke rescue team”
Ħabbar kif kull sena ser ikun qed isir riġenerazzjoni ta’ tnejn jew tlieta bajjiet ġodda madwar Malta u Għawdex.
Min-naħa tiegħu, il-Perit Kevin Fsadni mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, spjega li maż-żmien l-importanza ta’ bajjiet ramlin f’Malta qed tikber/ Dan għaliex kemm it-turisti kif ukoll il-Maltin qed ifittxu bajjiet miksija kollha bir-ramel.
Żied jgħid li l-Awtorità ser tibda studju sabiex dan ir-ramel ma jibqax jintilef f’każ ta’ maltempati kif f’ġara fil-Grigalata ta’ Frar li għadda.
“Ser itina ttina ċans ukoll li nistudjaw forsi metodi ta’ kif wieħed jistgħa jimplimenta affarijiet aktar permanenti sabiex jinżamm dan ir-ramel għal tul akbar ta’ żmien”
Ix-xogħol fuq din il-bajja ġie ffinazjat kollu minn Lukanda biswit il-bajja tal-Balluta.