Ġiet inawgurata klinika privata ġdida tal-fertilità, bl-isem ta’ HOPE, li se toffri servizzi ta’ prokreazzjoni assistiti lill-klijenti Maltin u barranin.
Dan l-investiment barrani huwa ta’ madwar miljun ewro mill-klinika HOPE u se jkompli jsaħħaħ il-qasam tal-life sciences f’pajjiżna fejn il-Malta Enterprise qed tkompli tattira l-investiment.
Qal, “We’re here to serve and we are here to contribute to the success of Malta all around the world.”
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne qal li Malta diġà toffri servizzi tal-ogħla livell u s’issa twieldu iżjed minn 430 tarbija permezz tal-IVF b’xejn f’Mater Dei u hemm mal-40 mara oħra tqila bl-użu tal-istess servizzi.
Qal, “Biex issa wara l-aħħar emendi li għamilna fil-liġi tal-IVF f’pajjiżna. Waqt li sa qabel konna mdorrijin illi l-pazjenti Maltin kienu jieħdu t-trattament barra, issa ġejna f’sitwazzjoni fejn klijienti minn barra qed jirċievu trattament ġewwa kliniċi privati ġewwa Malta.”
Id-Deputat Prim Ministru stqarr li bħalissa qed jiġu ffinalizzati t-tenders neċessarji biex l-Isptar Mater Dei jakkwista t-teknoloġija neċessarja biex joffri s-servizz PGTM bla ħlas.
Preżenti wkoll għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Intrapriża, Miriam Dalli.
Qalet, “Fil-fatt din is-sena diġa rnexxilna nattiraw mat-€80 miljun investiment f’dan is-settur li jvarja mir-R&D, startups u kumpaniji, li jkompli jpoġġi lill-pajjiżna fiċ-ċentru ta’ eċċellenza, li investituri barranin iħarsu lejh li jkunu qed iħarsu lejh f’settur bħal-life sciences.”