Ġiet inawgurata klinika multi-dixxiplinarja fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa li hija mgħammra b’apparat speċjalizzat.
Dan l-apparat ser jagħmlu użu minnu professjonisti fil-qasam tas-saħħa varji fosthom fiżjoterapisti, infermiera, tobba, psikoterapisti.
Permezz ta’ din il-klinika li saret b’investiment ta’ sitta u għoxrin elf ewro, id-dar tal-anzjani ser tkun tista’ toffri aktar servizzi lill-anzjani kollha fi ħdanha b’mod speċjali lil dawk vulnerabbli li vjaġġ lejn l-isptar għalihom kien vjaġġ diffiċli.
Waqt il-ftuħ ta’ din il-klinika, il-Ministru għall-Anzjani Michael Farrugia rrimarka li f’kull dar tal-anzjani għandu jkun hemm klinika li ser tipprovdi spazju fejn dawn l-anzjani jieħdu t-trattament meħtieġ filwaqt li jieħu s-servizz mingħand professjonist f’ambjent privat.
Eventwalment il-klinika ser tkun qed toffri wkoll servizz għar-resident ta’ Casa San Paolo u Casa Serena f’San Pawl il-Baħar fost oħrajn.
Qal, “Se nkunu qed nibdew nimirħu biex nagħtu servizzi ta’ terapija anki lill-anzjani fil-komunità ħalli nkunu nistgħu nassiguraw li fl-iqsar żmien possibbli l-anzjani jingħataw dik il-kura tant meħtieġa.”