Fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, u b’investiment ta’ erba’ mitt elf ewro, dalgħodu ġiet inawgurata fabbrika ġdida ta’ Advent Lifts Services fil-Marsa.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa impenjat li jgħin negozji bħal dawn; li f’għoxrin sena, minn sempliċiment self-employed spiċċaw iħaddmu aktar minn ħamsin persuna.
Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija sostna li l-ħsieb huwa li timraħ saħansitra lil’hinn minn xtutna, u l-pass tal-lum se jgħin ħafna biex fil-futur qrib, din il-kumpanija tibda tesporta.