Malta ngħaqdet mal-kumplament tal-Ewropa, fl-attivitajiet relatati mal-Jiem Ewropej tal-Wirt Kulturali.
F’esebizzjoni bit-tema tal-Edukazzjoni u Patrimonju, fil-binja tas-Supretendenza għall-Wirt Kulturali fil-Belt Valletta ġew miġbura diversi oġġetti relatati mal-lingwi li jgħaġġnu l-lingwa Maltija, fosthom l-Għarbi u t-Taljan.
Kevin Borda rappreżentant tas-Supretendenza tal-Wirt Kulturali spjega fiex tikonsisti din il-wirja b’oġġetti preżjużi għall-istorja mżewwqa Maltija.
Is-Sur Borda stqarr, “Ħarisna u rajn fl-arkeolġoija Maltija rajn liema lingwi huma rapreżentanti fil-fdalijiet li nstabu tul iż-żminijiet. Għaldaqsant hawnekk għandna esebiti numru ta’ affarijiet mir-reserved collection, u jvarjaw minn istituzzjonijiet differenti, elementi Eġizzjani u lingwa Għarbija.”
Preżenti l-Ministru għall-Kultura José Herrera qal li attivitajiet u esebizzjonijiet bħal dawn ikomplu jiippreservaw il-patrimonju storiku Malti.
“F’pajjizna dubjament il-patrimonju storiku minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna huwa dik xi ħaġa żejda li għandna li ttini l-identità tagħna u allura jkun dnub jekk ma nippreservawhx għalina u għal ta warajna.” Spjega l-Ministru Herrera.
Min-naħa tiegħu s-Supretendent tal-Kultura Joe Magro Conti qal kif dawn l-affarijiet esebiti juru l-kulturi differenti li kellha Malta mijiet ta’ snin ilu u kif il-bniedem żviluppa l-lingwa, kitba u anke l-emozzjonijiet tiegħu.