Matul il-jum tas-Sibt u l-Ħadd se tissokta l-ħamsa u għoxrin edizzjoni tal-Malta Airshow imtella’ mill-Malta Aviation Society.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-President tas-Socjeta’, Joe Ciliberti qal li din is-sena se tkun waħda speċjali ghaliex f’pajjiżna se jkunu qed itiru l-aqwa display team Tork bl-isem “Turkish Stars”. Matul il-jum tas-Sibt u l-Hadd kull min iżur ic-centru tal-airshow f’Park 4 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi triq Ħal Farruġ se jkollu l-opportunità li jitkellem ma’ inġiniera u piloti filwaqt li jara l-ajruplani li qed jiġu ospitati f’pajjiżna.
Wara nofsinhar imbgħad mill-4.00 sas-7.00 ta’ fil-għaxija l-ajruplani se jkunu qed itellgħu spettaklu fl-akwati ta’ Smart City.
Ritratti: Colin Deguara / Peter Paul Gauci