Fil-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali ġiet inawgurata binja ġdida għall-Employee Support Programme fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li joffri għajnuna lill-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika li jkunu jinsabu f’diffikultà.
Dan sar permezz ta’ proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
F’diskors tal-okkażjoni, il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li s-saħħa tal-Amministrazzjoni Pubblika tinsab fil-kwalità tal-impjegati tagħha.
Hu tenna li fir-rigward ta’ kundizzjonjijet finanzjarji, dawn qed ikunu indirizzati bi ftehimiet kollettivi li minnhom ingħalqu 23 mill-ewwel tas-sena u li laqtu lil madwar 33,000 impjegat.
F’sena waħda biss, l-ESP qed joffri medja ta’ madwar 5,500 sessjoni għal madwar 650 impjegat f’sena. Mit-twaqqif tiegħu, l-Employee Support Programme segwa ‘l fuq minn 3,500 impjegat.
Fl-inawgurazzjoni tal-binja tal-Employee Support Programme, indirizzaw lil dawk preżenti Joyce Cassar u Jonathan Vassallo, Segretarji Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.