Ġie inawgurat ix-xogħol ta’ tranġar u tisbiħ f’ward għan-nisa fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa. Ward magħrufa bħala high-dependency, iġifieri fejn l-anzjani jkollhom bżonn attenzjoni kontinwa.
Xogħol li involva tibdil mhux żgħir fejn tragaw l-art, is-suffett, kmamar tal-banju, is-sistema ta’ ventilazzjoni u gassijiet mediċi, u oħrajn.
Spiza li laħħqet l-€64,000 eskluż il-pagi fejn ix-xoghol sar kważi kollu minn nies tad-Dipartiment.
Din is-sala tilqa’ fiha 24 anzjana, li issa jistgħu jgħixu b’faċilitajiet ġodda u aħjar.
Xogħol li ma nesiex lanqas lill-ħaddiema, li b’faċilitajiet aħjar biex jaħdmu, jistgħu joffru l-aħjar servizz lil dawn l-anzjani.