Is-Segretarji Parlamentari Omar Farrugia u Alison Zerafa Civelli inawguraw bandli inklussiv u spazju ieħor miftuħ għall-familji f’Birżebbuġa.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Farrugia, li hu responsabbli mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, li wettaq din il-ħidma, qal li ngħatat kelma li mhux se nagħmlu biss proġetti ġodda fil-komunitajiet, iżda se nagħmluhom biex minnhom igawdi kulħadd.
Din il-kelma se nżommuha u dan il-proġett hu xhieda oħra ta’ dan.”
Minbarra Zerafa Civelli, li hi responsabbli mill-Gvern Lokali, preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll is-Sindku tal-lokalità Scott Camilleri, kunsillieri u kandidati għall-Elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju li ġej.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI