B’investiment ta’ aktar minn żewġ miljuni u sitt mitt elf ewro, dsatax-il familja se jgawdu minn binja ta’ akkomodazzjoni soċjaċi f’Ħal Kirkop.
Din il-binja ġiet inawgurata mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes.
Il-Ministru Galdes qal li fl-aħħar sentejn Gvern Laburista fetaħ aktar minn 160 appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali. B’din il-binja tagħmel parti mill-ikbar investiment ta’ akkomodazzjoni soċjali li qatt ra pajjiżna.
Qal, “Se tkun sena rekord għall-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli għaliex il-Gvern dak li jwiegħed, iwettqu. Aħna min-naħa tagħna, is-siti diġà jinsabu ħafna minnhom fi tmiem ix-xogħol tagħhom u dan ifisser li aktar familji se jingħataw dik l-imbottatura u l-għajnuna.”