Ġie inawgurat pitch tal-basketball fi Ġnien 4 ta’ Lulju f’Pembroke b’investiment ta’ mija u ħamest elef ewro minn SportMalta u l-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.
Tul il-proġett, sar ukoll rinovar mad-dawra tal-ġnien, u ġew installati sistemi ġodda ta’ dwal u apparat ġdid tal-basketball.
Is-Sindku ta’ Pembroke Dean Hili saħaq li matul l-aħħar żewġ leġiżlaturi nħass il-bżonn li dan l-ispazju jingħata ħajja mill-ġdid, u kien hemm bżonn injezzjoni finanzjarja sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet kollha.
Huwa qal,”Ix-xewqa tal-Kunsill hija li dan l-ispazju jiġi preservat għal użu ħieles tal-pubbliku.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li din se tibqa’ taħdem biex tfal u żgħażagħ ikunu jistgħu jagħmlu l-attività fiżika il-pubbliku, u għalhekk investa sitt mitt elf ewro biex ma’ diversi Kunsilli Lokali jiġu indetifikati spazji miftuħa għall-isport.
Cutajar sostna: “SportsMalta, is-Segretarju Malti għall-isports ra li jidentifika l-arja vojta, jew inkella playing fields ġodda biex nagħmluhom upgrade, u għalhekk inkunu qed inrawmu kultura sportiva iktar biex aktar żgħażagħ jużaw l-isports.”
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li b’dan l-investiment bosta se jgawdu minn dan l-ispazju li kien mitluq għal snin sħaħ.
Huwa saħaq: “Permezz ta ’SportsMalta ħdimna id f’id mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke biex niżguraw li r-residenti jkollhom spazju miftuħ li jkun jista’ jitgawda mill-isportivi tal-lokali.”