Ġiet inawgurat il-parkeġġ il-ġdid ta’ Marsaxlokk li se jesa 252 vettura, dan b’investiment ta’ €1.5 miljun.
Waqt din it-tnedija ġie mħabbar ukoll kif ser isiru għadd ta’ proġetti oħra għall-ġid ta’ Marsaxlokk.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal kif dan hu l-ewwel proġett fir-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk. Spjega kif il-Gvern beda b’dan l-ewwel parkeġġ għall-fatt tal-problema kbira li kien hemm b’rabta ma’ nuqqas ta’ parkeġġ.
Huwa spjega kif il-materjal użat huwa kollu rriċiklat.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal kif sar ftehim mal-bejjiegħa tal-monti dwar kif se jarmaw kull nhar ta’ Ħadd, fejn qal ukoll li se jsiru xi toroq ġodda u proġett ieħor f’Tal-Magħluq.
Intqal ukoll kif se jibda l-proġett ukoll ta’ Xatt is-Sajjieda. Il-Gvern għandu l-għan li Marsaxlokk issir destinazzjoni turistika fin-naħa t’Isfel ta’ pajjiżna.