Kien inawgurat monument tat-trabi fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija f’Għawdex nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2018 b’solidarjetà sħiħa ma’ dawk l-ommijiet li għaddew minn telfa simili.
Il-Ministru għal Għawdex permezz tal-midja soċjali esprimiet li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien, mumenti bħal dawn ma jintesew qatt fejn anke hi stess għaddiet minnha u wriet is-solidarjetà tagħha.