Fil-Belt Valletta ġie inawgurat monument f’ġieħ Francesco Laparelli u Ġlormu Cassar.
Il-monument tal-artist John Grima u magħmul mill-fondazzjoni Alfred Mizzi Foundation ġie inawgurat mill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru tkellem dear l-importanza tar-riġenerazzjoni tal-Belt mibdija mill-amministrazzjoni preċedenti iżda li ħadet spinta f’dawn l-aħħar tliet snin taħt dan il-Gvern.
Għalkemm iċ-ċentru tal-Belt issa huwa riġenerat sew, intqal li huwa importanti li issa jsir iktar xogħol fuq riġenerazzjoni soċjali tal-periferiji tal-Belt.
Filwaqt li l-Belt digà kienet is-sede għal laqghat importanti bhall-Valletta Summit u l-ftuħ tal-Commonwealth, issa ġej iż-żmien li għajnejn l-Ewropa se jerġgħu jkunu fuqha. Kemm tul il-Presidenza kif ukoll fis-sentejn fejn il-Belt se tkun il-Belt Kapitali tal-Kultura.