Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie inawgurat il-pitch tal-istadium ta’ Sannat Lions b’investiment dirett mill-gvern ċentrali flimkien mal-Malta Football Association u l-Gozo Football Association.
Dawn il-faċilitajiet jinkludu xejn anqas minn seba’ dressing rooms biex flimkien ma’ affarijiet oħra essenzjali, dan l-istadium ikun jista’ jerġa’ jibda jospita partiti mill-kompetizzjonijjiet kollha Għawdxin.
Il-President tal-klabb ta’ Sannat Lions Teddy Bajada irringrazzja lill-istakeholders kollha filwaqt li sostna li se tkompli l-ħidma anke fuq l-istands tal-partitarji.
Min-naħa tiegħu, il-President tal-GFA Dr. Samuel Azzopardi qal l-erbatax-il klabb f’Għawdex jaffaċċjaw sfidi kbar pero dejjem irnexxielhom iwettqu l-ħolm tagħhom.
Finalment, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo sostna li jinsab kuntent li bħala assoċjazzjoni assistew lill-GFA u l-klabb ta’ Sannat Lions fl-installazzjoni tal-pitch sintetiku fl-istess lokalità.
Waqt lis-stess inawgurazzjoni tkellmu wkoll il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Sindku tal-lokalità Philip Vella.