Uffiċjalment infetaħ l-ewwel Reuse Centre tal-WasteServ f’Ħal Far li permezz tiegħu oġġetti li ma jkunux mixtieqa min-nies iżda jkun hemm lok li jerġgħu jintużaw, jingħataw ċans ieħor.
Dawn huwa wieħed minn erba’ ċentri li se tkun qed topera l-WasteServ li se jilqgħu fi ħdanhom oġġetti li jkunu għadhom f’kundizzjoni tajba.
F’dawn iċ-ċentri wieħed jista’ jgħaddi diversi oġġetti fosthom ċeramika, ġugarelli, kotba, biċċiet tal-għamara u anke strumenti mużikali.
Dawn l-oġġetti se jkunu qed jinbiegħu lill-pubbliku permezz ta’ donazzjoni biex imbagħad dawn il-flus jiġu investiti f’fond li se jintuża għal inizzjattivi favur l-ambjent.
F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li sal-aħħar ta’ Awwissu se jkunu qed joperaw iċ-ċentri kollha b’investiment ta’ €170,000.