Medda ta’ art mimlija skart tal-kostruzzjoni f’Marsaxlokk inbidlet f’parkeġġ li jesa’ madwar 250 vettura b’investiment ta’ madwar milju u nofs ewro..
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett jagħmel parti minn proġett li mistenni jirriġenera r-raħal tas-sajjieda f’għadd ta’ fażijiet.
Il-problema ta’ parkeġġ fir-raħal pittorest ta’ Marsaxlokk li jara mijiet ta’ Maltin u turisti fis-sena mistennija tiġi indirizzata bil-ftuħ ta’ parkeġġ ġdid qrib il-grawnd tal-futbol ta’ Marsaxlokk.
Dan il-parkeġġ li jesa’ madwar 250 vettura sar b’investiment ta’ madwar miljun u nofs ewro u nbena bl-użu ta’ materjal tal-kostruzzjoni riċiklat li ħafna minnu kien mormi fl-istess post.
Il-Perit Edwin Mintoff li kien responsabbli mill-proġett qal li dan il-parkeġġ jintegra tajjeb mal-ambjent pittoresk ta’ Marsaxlokk.
Is-sindku ta’ Marsaxlokk Horace Gauci spjega kif dan il-parkeġġ ser jnaqqas il-konġestjoni mit-triq tax-xatt ta’ Marsaxlokk.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-parkeġġ, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, qal li dan il-proġett jagħmel parti minn pjan li se jirriġenera r-raħal ta’ Marsaxlokk.
Dr Mizzi sosnta li l-għan tal-Gvern hu li Marsaxlokk issir destinazzjoni turistika fin-naħa t’Isfel ta’ pajjiżna.