Il-Prim Ministru Joseph Muscat innawgura il-proġett pilota tal-Kumpanija nternazzjonali Stream Cast : dak tal-bini ta’ data centre globali fil-mini tal-eks powerstation tal-Marsa. Dan b’ investiment ta’ ħames miljun ewro u li mistenni jleħħaq il-ħamsa u sebgħin miljun l adarba jkun lest.
Dan wara li f’ Novembru li għadda b’ kollaborazzjoni bejn Enemalta Plc u Streamcast techonoloġes li tagħmel parti minn Streamcast group ġie ffirmat ftehim għall żvilupp ta global data centres f’ Malta.
Dale Hardwick – Direttur ta’ waħda mill-Kumpanija di ħdan StreamCloud, ikkonferma li issa ser jibda l-proġett innifsu f’ dik li darba kienet l-aktar powerstation li tniġġes u li parti minnha ser tinbidel f’ Data Centre li ser jimpjega numru ta’ ħaddiema.Wieħed mill-inġiniera tal-proġett Mark Aldridge jispjega x-xogħol li sar sabiex inbniet l-ewwel parti minn dan id-data centre.
La darba dan id-data centre jkun lest dan ser ikun sar b’ investiment li jlaħħaq il-ħamsa u sebgħin miljun ewro.
Filfatt il-biċċa użata għall-proġett pilota nnawgurat il-Ħamis filgħaxija huwa parti żgħira ħdejn il-proġett ħolistiku.
Is-Sur Danney Chaney wieħed l-investituri f’ dan il-proġett jgħid kif dan id-data centre ser ikun qed jintuża mill-klijienti ta’ Streamcast madwar id-dinja fuq bażi ta’ erba u għoxrin siegħa kuljum.
Ic-Chairperson ta’ StreamCast Nimish Pandya sostna li pajjiżna ma’ kienetx għażla bl-addoċċ, iżda saret wara proċess rigoruż għall-aħħar frott l-istabilita’ li joffri pajjiżna.
Mistoqsi jekk it-tkabbir ekonomiku lgħabx irwol importanti f’ din l-għażla huwa qal li mhux it-tkabbir innifsu lagħab irwol iżda s-sostenbilita tiegħu għall-futur.
L-Inġinier Fredrick Azzopardi – Chairperson tal-Kumpanija Enemalta qal kif issa l-Enemalta li qed tagħmel il-qliegħ u wara l-qalba għal gas, l-istrateġija tagħha hi li tidiversifika fil-prodott tagħha u qed tmur lil hinn mill-operat ewlieni tagħha li tiprovdi l-elettriku.
Il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi żied li dan huwa l-ewwel proġett fattwali tar-riġenerazzjoni tal-Marsa.
Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat kif l-Enemalta sa ftit tas-snin ilhu kienet ta’ theddida għall-ekonomija Maltija bid-dejn tagħha dejjem jiżdied, izda llum il-folja nqalbet u dan ikkonfermatu l-aġenzija ta’ kreditu Standard and Poors.