Is-Sibt sar it-tberik tal-kwadru tal-Beata Maltija Adeodata Pisani fil-Knisja ta’ Ġieżu, fil-Belt Valletta.
Il-pittura fuq dan il-kwadru saret mill-artist Manuel Farrugia.
Il-Beata Adeodata Pisani kienet ġiet ibbeatifikata f’Ġunju tal-2001, waqt żjara f’pajjiżna mill-Papa Ġwanni Pawlu II.
Preżenti għall-inawgurazzjoni u t-tberik ta’ dan il-kwadru kien hemm il-patrijiet Franġiskani, li jieħdu ħsieb din il-knisja, flimkien mar-Reverenda Madre Maria Adeodata Testaferrata de Noto.
Din tal-aħħar hija l-Badessa tal-Monasteru ta’ San Pietru fl-Imdina.