Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo kien preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ ċentru ta’ taħriġ ta’ The Convenience Shop li se jkun qed joffri l-ewwel taħriġ biex jipprepara impjegati ġodda, qabel jibdew jaħdmu.
Bħalissa The Convenience Shop qed iħaddem mat-300 impjegat imqassmin f’40 ħanut.
Iċ-ċentru ta’ taħriġ se jipprepara lill-ħaddiema f’oqsma bħal standards and policies u kif tuża cash register. Wara jaħdmu fil-Convenience Centre li hu parti mill-istess ċentru ta’ taħriġ.
L-operations manager Andrew Attard spjega li din se tkun biss l-ewwel fazi ta’ taħriġ hekk kif il-ħaddiema li jibdew jaħdmu wara li jlestu mit-training centre se jingħataw opportunità li jagħmlu kors li bħalissa qed jiġi mfassal, u li se jkun maqsum f’livelli differenti.
Dan il-kors se jkun akkreditat mill-Gvern biex dan l-impjieg ikun stabilit bħala professjoni.