Ġiet inawgurata l-Mina ta’ Hompesch f’Haż-Żabbar wara restawr li sar mid-Direttorat tar-Restawr.
Dan wara li l-kunsill ibbenefika minn fondi permezz ta’ skema maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Kultura, immirata li tgħin lill-kunsilli lokali bix-xewqa li jagħmlu proġetti ta’ restawr fil-lokalità tagħhom.
Preżenti kien hemm is-sindku tal-lokal Marc Vella Bonnici flimkien mal-kunsilliera, il-Ministru Owen Bonniċi u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis flimkien mal-Perit tal-proġett Ivana Farrugia u l-ħaddiema involuti.