Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi inawgura l-proġett ta’ restawr tal-Kappella ta’ Sant’ Andrija fiż-Żurrieq.
Zrinzo Azzopardi spjega li x-xogħol fuq din il-kappella tas-seklu sbatax hija sinonima ma din il-lokalità. Fakkar li l-fondi ġew allokati għal dan il-proġett ġew minn fondi Ewropej.
B’kollox saru 21 proġett ta’ restawr fin-nofsinhar ta’ Malta u bħalissa hemm 12-il proġett ieħor li ġew allokati fondi għalihom.
Is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima spjegat li din hija waħda mill-eqdem kappelli li hemm fiż-Żurrieq u b’dan il-proġett sar taħt il-kappa tal-Fondazzjoni Galxlokk reġgħet tat il-ħajja lil din il-kappella.
Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll l-Arċipriet taż-Żurrieq.