Kif kien imwiegħed, il-Gvern qed iwettaq proġett ieħor fil-komunità ta’ Ħaż-Żabbar, permezz ta’ xogħol mill-ġdid fil-Ġnien tal-Kunsill, li sar magħmar b’bandli modern, għamara għall-ġonna ġdida, tagħmir b’sistema ta’ kameras tas-sigurtà u xogħol ta’ pavimentar.
Dan sar b’investiment ta’ €470,000.
Il-Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, inawgura da nil-proġett flimkien mas-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, Marc Vella Bonnici.