L-Ambaxxatur tat-Turkija għal Malta, Erdeniz Şen, inawgura l-akbar ħanut ta’ LC Waikiki f’Malta f’The Shoreline Mall.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan l-avveniment jimmarka kisba importanti għad-ditta tal-ħwejjeġ, LC Waikiki, li kibret b’mod sinifikanti fis-suq globali tul dawn l-aħħar 17-il sena.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Retail International Group, Alan Frendo Jones, qal kif dan huwa t-tielet ħanut li fetaħ LC Waikiki fil-gżejjer Maltin bit-tnejn l-oħra huma ta’ Ħal Qormi u l-Iklin.
Filwaqt li din it-tnedija ċċelebrat il-ftuħ tat-tielet ħanut, fakkret ukoll ir-relazzjoni b’saħħita li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.