Ġie inawgurat uffiċjalment il-Kunsill Lokali tal-Fgura biex issa n-nies tal-Fgura għandhom ċentru ċiviku modern.
Dan ic-ċentru ċiviku mhux ser iservi biss t’uffiċju iżda fih ser isiru bosta attivitajiet edukattivi u kulturali. Kien lura fl-2004 meta l-kunsill beda jaħseb biex isib propjeta’ ġdida sabiex ikun jista’ jaqdi aħjar lis-socjeta’ li kull ma jmur dejjem kienet qed tikber.
Għaċ- ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni kien hemm preżenti bosta membri ta’ għaqdiet Fgurinu oħrajn li jgħożżu lil raħal twelidhom.
Is-Sindku Pierre Dalli stqarr kif sa ftit zmien ilu l-kunsill lokali kien qed jopera f’żewgt ikmamar u li l-unika aċċess għalihom kien permezz ta’ taraġ twil. Saħaq kif issa dan il-proġett li tant sar b’ħidma sfieqa tal-Kunsill Lokali attwali u dawk preċidenti se jkompli jżid l-aċċessibilita’ tas-servizzi tal-kunsill u lill-imkejjen kollha tas-soċjeta’ fosthom persuni b’diżabilita’ u l-anżjani tal-Fgura.
Huwa spjega wkoll kif issa l-Kunsill Lokali se jkollu sular sħiħ għal-fondazzjoni għas-servizzi socjali.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat li żar il-Kunsill Lokali żvela li l-kunsill lokali ibbenefika minn €600,000 sabiex dan il-proġett seta’ jsir.
Dan sabiex issa dan il-Kunsill Lokali se jkun il-mekka għan-nies kollha tan-naħa t’ifel tal-pajjiż. Saħaq li huwa importanti ma jintefqux flus biss sabiex isir il-proġett imma ser tingħata importanza kbira lil binja sabiex dak li sar ma jintilifx.